Добро пожаловать
Вход

GRECH JINDIKA LI HEMM AKTAR MISTUR DWAR IS-SAGA TAT-TAXXA U TAL-VAT

Спасибо! Поделитесь с друзьями!

URL

Вам не понравилось видео. Спасибо за то что поделились своим мнением!

К сожалению, только зарегистрированные пользователи могут создавать списки воспроизведения.
URL


Добавлено от Admin В Мистика
1 Просмотры

Описание

ONE.COM.MT - Bernard Grech, il-magħżul tar-ribelli biex jieħu post Adrian Delia fit-tellieqa għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, indika li għad hemm aktar dettalji x’joħorġu dwar l-evażjoni tiegħu tat-taxxa u l-VAT.
F’kummenti ma’ One News f’Għawdex Grech deher skomdu u evażiv għall-aħħar hekk kif għal darba, tnejn ġaħġaħa li hu mhux kriminal.
Meta nqabad fuq sieq waħda huwa ħarab mill-mistoqsijiet li bdejna nagħmlulu permezz tal-ġurnalist Colin Deguara
Aktar dettalji fis-servizz.
KITBA: S.LUCAS / C.DEGUARA
FILMAT: CHRIS BORG
Il-kandidat għal kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech indika li jista’ jkun jitfaċċaw aktar dettalji dwar l-evażjonijiet tiegħu tat-taxxa u l-VAT.
Grech qal dan ma’ One News waqt li kien qed jikkampanja fil-gżira tat-tliet għoljiet flimkien mad-deputati Nazzjonalisti Chris Said u Kevin Cutajar.
Żewġ persuni ewlenin mill-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil u li sfiduċjaw lil Delia.
Mal-ġurnalist ta’ One News Colin Deguara, Bernard Grech deher skomdu u evażiv għall-aħħar meta kien affaċjat b’mistoqsijiet dwar in-nuqqasijiet finananzjarji tiegħu.
Fil-fatt, taħt pressjoni, Grech żelqitlu li għad joħorġu aktar dettalji dwar il-pendenzi u n-nuqqasijiet fil-ħlasijiet li kellu ma’ tat-Taxxa u tal-VAT.
BERNARD GRECH
KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA
Dr. Grech wara snin tevadi t-taxxa kienet id-deċiżjoni tiegħek li inti titfa’ ismek għal Kap ta’ Partit Nazzjonalista li ġegħlitek tħallas?
Mela l-ewwel ħaġa d-domanda m’hijiex eżattament...Jiena kont qed nħallas it-taxxa, kien hemm ċirkostanzi partikolari, għad joħorġu aktar dettalji fil-futur.
Maħsud hekk kif ma stenniex li ONE News se jkun qed jistaqsieh il-mistoqsijiet qal ukoll li ħallas il-pendenzi li kellu minkejja li mad-Dipartiment tal-Ħlas tat-Taxxa ddikjara li ma setax iħallas minħabba problemi finanzjarji li kellu.
Hawnekk inqabad fuq is-sieq waħda hekk kif ikkontradixxa dak li kien qal mat-Taxxa.
BERNARD GRECH
KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA
Int għidt li ħallasthom minn tiegħek madankollu ftit tal-jiem ilu inti mad-Dipartiment tat-Taxxa għidt li għandek problemi finanzjarji. Kont qed tigdeb?
Mhux eżattament lanqas.
Konxju tal-pressjoni li dejjem qed tkompli tikber fid-dawl tal-mistoqijiet kbar li hemm fuq rasu, Bernard Grech kompla jirrispondi li hu li mhux kriminal anke jekk l-evażjoni tat-taxxa huwa meqjus bħala reat kriminali.
BERNARD GRECH
KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA
Il-klijenti tiegħek kienu qed javdawk bis-somma tal-VAT biex tħallasha u inti din ma ħallastiex kif taħseb li n-nies issa se jkunu qegħdin javdawk biex fl-aħħar mill-aħħar tmexxi l-finanzi tal-pajjiż?
Mela żgur in-nies javdawni għax jien lanqas jien kriminal.
Intant meta affaċċjat b’iktar mistoqsijiet Bernard Grech beża’ jwieġeb u ħarab jiġri l‘bogħod minn ONE News għaliex qal li għandu xi appuntamenti.
BERNARD GRECH
KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PARTIT NAZZJONALISTA
Grazzi għax għandi appuntament oħrajn ta’....Għandna l-appuntamenti tal-Home visits, weġibtlek id-domandi kollha nirringrazzjak.

Wettaqt ir-responabbiltajiet kollha.
Mhux fuq hekk qed insaqsik. Mhux fuq hekk qed insaqsik.
Grazzi no further questions. Grazzi.

Написать комментарий

Комментарии

Комментариев нет.
RSS
Яндекс.Метрика